Terremot ta’ qawwa ta’ 4.8 fuq l-iskala Richter fisser lejl bla rqad għal bosta fl-inħawi ta’ Catania. It-terremot, li seħħ ftit wara s-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu, wassal għal xi ħsarat f’binjiet antiki, imma skont l-ewwel stħarriġ tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili Taljan, ma wassalx għal tiġrif ta’ binjiet. Kienu bosta dawk li matul il-lejl ħarġu minn djarhom, u bħala prekawzjoni, l-Protezzjoni Ċivili taljana għalqet xi żoni li kkunsidrat li jistgħu jkunu ta’ periklu. It-terremot inħass f’Catania u l-provincja kollha, kif ukoll f’Siracusa, Enna u Messina.
Dan it-terrmot irreġistra wkoll fuq l-apparat siżmoloġiku f’pajjiżna.