Terremot b’qawwa ta’ 7.2 fuq l-iskala Richter, heżżeż lil-Lbiċ tal-Messiku.
L-epiċentru kien fl-istat t’Oaxaca; mat-350 kilometru bogħod mill-kapitali tal-pajjiż Mexico City.
B’xorti tajba ħadd ma miet minħabba t-terremot, għalkem kienu rrappurtati ħsarat f’numru ta’ binjiet.
Kawża tat-terremot iġġarraf ħelikopter li kellu abbord lill-Ministru tal-Intern u l-Gvernatur t’Oaxaca. L-inċident ħalla żewġ persuni mejta għalkemm il-Ministru u l-Gvernatur ma ġarrbux ġrieħi serji.
L-awtoritajiet ħarġu twissija ta’ terremot f’erba’ stati, u qalu li ma jidhirx li hemm riskju ta’ tsunami.