Fl-Indoneżja aktar minn tlett mija u tmenin persuna tilfu ħajjiethom filwaqt li aktar minn ħames mija u erbgħin sfaw midruba kawża ta’ tsunami u terremot li laqat lill-Palu li tinsab fil-gżira ta’ Sulawesi.
It-terremot li seħħ il-Ġimgħa kellu qawwa ta’ seba punt ħamsa fuq l-iskala rikter u l-mewġ tat-tsunami kien madwar għaxar pulzieri. Wara li seħħ it-terremot komplew jinħassu t-theżżiżiet. Konsegwenza ta’ dan id-diżastru naturali ġġarfu eluf tad-djar kif ukoll sptarijiet, lukandi u stabilimenti kummerċjali.
Il-Kap tal-Aġenzija Nazzjonali tat-Tiftix u Salvataġġ Muhammad Syaugi qal li hemm numru ta’ persuni mejta pero għadu ma ġiex stabbilit kemm hemm eżatt- u li sa issa għadu mhux ċar jekk l-imwiet seħħewx kawża tat-terremot jew tat-tsunami.