Kmieni s-Sibt filgħodu terremot ieħor b’ qawwa ta’ 5 laqat lill-gżejjer Maltin.
Iċ-ċentru sismiku tal-Università ta’ Malta qed jirrapporta li t-terremot seħħ għall-ħabta tas-07:05am.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-terrimot kien lokalizzat fuq il-baħar mill-istess ċentru sismiku fin-naħa tan-nofsinhar ta’ Malta, fl-istess inħawi fejn seħħew terrimoti oħrajn fl-aħħar jiem.
It-terremot nħass minn bosta lokalitajiet fiċ-ċentru ta’ Malta tant li anke bosta persuni Maltin fuq Facebook irrappurtaw dwaru.