Terremot ta’ qawwa 7.2 fuq l-iskala richter li seħħ fil-gżejjer Kermadec viċin New Zealand inħass fl-istazzjon ta’ moniteraġġ li d-Dipartiment Siżmiku tal-Università ta’ Malta għandu fix-Xlendi Għawdex.
Fil-mumenti li nħass dan it-terremot li l-epiċentru tiegħu kien fil-baħar kien hemm biża ta’ tsunami madankollu wara xi ħin is-servizzi tal-emerġenza ta’ New Zealand qalu li ma kien hemm l-ebda periklu ta’ tsunami li jolqot iż-żona.