In-numru ta’ mejta fl-Italja wara t-terremot ta’ dan il-lejl laħaq 60. Dan skont l-aġenzija tal-aħbarijiet BBC.
Madwar 150 oħra huma nieqsa, u għaddejja ħidma sabiex dawn jistabu. Ħafna mill-mejta kienu f’Accumoli, qrib l-epiċentru tat-terremot, liema belt spiċċat meqruda kważi għall-kollox.
“Qomna bis-sodod jiċċaqalqu, nies iwerżqu, jitolbu għall-għajnuna. Stennejna aħbarijiet mit-televiżjoni biex naraw x’naqbu nagħmlu.”
Rakkonti ta’ Taljana mal-istazzjon CNN li dalgħodu, li kienet fir-reġjun Marche.
21 s’issa huma ikkonfermati mejta kawża ta’ terremot ta’ sitta punt tnejn fuq l-iskala Richter li laqat iċ-ċentru tal-Italja.
It-terremot seħħ mas-47 mil bogħod minn Perugia, bis-Sindku tal-post jgħid li “nofs il-Belt telqet”. F’Ruma, uħud mill-binjiet theżżew għal għoxrin sekonda.
Familja ta’ erba’ persuni nstabu taħt il-ġebel mġarraf f’Accumoli. Sadannitant il-pulizija qalet li żewġ persuni mietu f’villaġġ qrib ta’ Pescara del Tronto. Uffiċjali wissew li n-numru ta’ persuni mejta mistenni jkompli jiżdied.
Il-kap tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili qabbel l-intensità ta’ dan it-terremot ma’ dak ta’ Aquila f’April tal-2009, li fih tilfu ħajjithom 309 persuni.
Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi ħassar vjaġġ li kellu jagħmel Pariġi.
https://www.youtube.com/watch?v=DyRhmRHgGW0