Terremot fil-baħar, fil-provinċja ta’ Ache fit-Tramuntana tal-Indoneżja ħalla 54 persuna mejta.
It-terremot li kejjel 6.5 fuq l-iskala Richter laqat il-belt ta’ Sigli, fejn għexieren ta’ binjiet iġġarrfu u għad hemm il-biża’ li hemm persuni maqbuda taħt it-tiġrif.
L-aġenzija meterjoloġika tal-Indonesja qalet li minkejja li ġew reġistrati ħames theżżiżiet oħra, ma’ hemm l-ebda riskju ta’ tsunami.
Kien propju fl-2004, li l-istess żona ntlaqtgħet minn tsunami li kien ħalla 120,000 persuna mejta.