Minn tal-inqas seba’ persuni mietu kawża ta’ terremot b’qawwa ta’ 6.4 fuq l-iskala Richter, li laqat iċ-ċentru tal-Kroazja t-Tlieta u li qered nofs il-villaġġ ta’ Petrinja.
Diversi timijiet ta’ salvataġġ qattgħu l-lejl ifittxu fit-tifrik bit-tama li jsibu persuni ħajjin qalb il-bini li ġġarraf.
Kienu bosta li baqgħu mdarrsa minn dak li ġara u għalhekk ma rritornawx fi djarhom bil-biża’ li terremoti oħra ħfif jistgħu jġarrfu l-bini li ma waqax.
Intant, minkejja li bosta sabu refuġju għand qrabathom jew saħansitra fil-karozza, madwar 200 persuna ttieħdu f’bini tal-militar.
Matul il-jum, il-kap għall-immaniġjar tal-kriżijiet tal-Unjoni Ewropea se jkun qed iżur iż-żona milquta.