Mill-inqas tmien persuni nqatlu u għexieren oħra ndarbu wara li żewġ terremoti laqtu l-provinċja fil-Filippini.
It-terremoti mmarkaw 5.4 u 5.9 fuq l-iskala richter, u laqtu l-provinċja ta’ Batanes, arċipelagu fit-tramuntana tal-pajjiż, kmieni is-Sibt.
Is-Sindku Raul de Sagon qal li madwar 60 persuna ndarbu, ħafna minnhom kienu fi djarhom.
Minkejja l-qawwa tat-terremot ma inħarġet l-ebda twissija għal tsunami.