Terremot kbir, li laqat ir-reġjun muntanjuż tat-Tibet it-Tlieta filgħodu, wassal għal mill-inqas 95 persuna mejta, waqt li mal-130 persuna ndarbu, skont il-midja tal-istat.
It-terremot, li laqat il-belt Ċiniża ta’ Shigatse għall-ħabta tad-9:00 ta’ filgħodu ħin lokali, ġie rreġistrat f’qawwa ta’ 7.1 fuq l-Iskala Richter u f’fond ta’ għaxar kilometri.
F’theżżiżiet, li seħħew wara, inħasset sal-pajjiż ġarr in-Nepal u anke f’partijiet tal-Indja.
Shigatse hi magħrufa bħala waħda mill-ibliet l-aktar qaddisa fit-Tibet u hi s-sede tradizzjonali tal-Panchen Lama.
Filmati mix-xandir tal-istat taċ-Ċina CCTV urew bini meqrud, b’ħaddiema tas-salvataġġ ifittxu qalb it-tifrik, waqt li jqassmu kutri lil oħrajn li spiċċaw bħal saqaf fuq rashom. Irrapportat li aktar minn elf dar ġarrbu diversi ħsarat, waqt li l-provvisti tal-enerġija u l-ilma fir-reġjun ġew interrotti.
It-temperaturi fil-kontea ta’ Tingri, qrib l-epiċentru, attwalment huma -8° Celsius u mistennija jinżlu saħansitra għal -18° Celsius.
L-attivitajiet turistiċi fil-bażi tal-Muntanja Everest tħassru u għadd ta’ turisti f’Shigatse ddeskrivew il-mumenti kif tqajmu mit-terremot.