Terremot qawwi imkejjel 7.7 laqat iċ-ċentru ta’ Myanmar fl-Asja fis-7:30 tal-Ġimgħa filgħodu ħin ta’ Malta.
Madwar tnax-il minuta wara seħħet it-tieni theżżiża b’magnitudni ta’ 6.4
Il-qawwa tat-theżżiżiet inħasset anke fil-belt kapitali tat-Tajlandja Bankok kif ukoll Yunnan fiċ-Ċina.
Min rapporti li għadhom deħlin jidher li hemm danni konsiderevoli inkluż f’binjiet storiċi. Bħalissa fuq is-siti soċjali qed jiċċirkolaw diversi filmati tal-effetti ta’ dan it-terremot.
Il-gvern tat-Tajlandja sejjaħ laqgħa ta’ emerġenza.