Tsunami laqat lil South Island fi New Zealand wara li seħħ terremot.
Il-United States Geological Survey qal li t-terremot b’qawwa ta’ sebgħa punt tmienja seħħ ftit wara nofs il-lejl, madwar ħamsa u disgħin kilometru minn Christchurch.
It-tsunami ġie fil-kosta tal-Grigal madwar sagħetjn wara. Uffiċjali qalu li l-ewwel mewġ jaf ma jkunux l-ikbar, hekk kif il-possibilta t’ attvita tat-tsunami tista tkompli għal diversi sigħat.
Ir-residenti kienu avżati biex jidħlu kemm jista jkun ‘il ġewwa tal-pajjiż jew ifittxu art għolja matul il-kosta.