Terremot li kejjel sitta punt erbgħa fuq l-iskala Richter, heżżeż lill-gżira Griega ta’ Kreta.
L-ewwel ritratti u filmati juru eluf ta’ persuni jaħarbu minn darhom f’paniku u binjiet imġarrfa, għalkemm sa issa ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-istess gżira ntlaqtet minn terremot ieħor b’qawwa ta’ ħamsa punt tmienja li ħalla persuna mejta u diversi ħsarat.
L-epiċentru tat-terremot tal-lum għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ dalgħodu, kien il-villaġġ ta’ Palekastro.