Terremot imkejjel b’qawwa ta’ 4.4 heżżeż il-belt ta’ Napli fl-Italja matul il-lejl li għadda b’mara tisfa’ feruta fil-belt ġirien ta’ Pozzuoli.
Mara oħra ġiet salvata mill-pumpiera iżda ma kelliex ġrieħi serji.
Siżmologi Taljani qalu li t-terremot seħħ f’fond ta’ żewġ kilometri ’l barra mill-belt ta’ Pozzuoli fis-1:25 am.
Kienet irrappurtata ħsara f’bini fid-distrett ta’ Bagnoli fejn waqa’ saqaf u diversi vetturi ġarrbu ħsarat minn ġebel.
It-theżżiż ikkawża wkoll ħsara fil-kampnar ta’ knisja fil-qrib u bosta residenti raqdu fil-karozzi tagħhom.
L-ewwel theżżiża kienet segwita minn sensiela ta’ theżżiżiet żgħar li tkejlu b’qawwa ta’ 1.2.
Dalgħodu kien hemm dewmien tal-ferroviji hekk kif saru kontrolli tekniċi fuq diversi binarji filwaqt li diversi lokalitajiet kienu bla dawl.
L-iskejjel fl-akwati baqgħu ukoll magħluqa sabiex ikun iffaċilitat l-ikkontrollar tal-istabbilta tal-bini.