Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ttermina b’effett immedjat il-kuntratti kollha ta’ konsulenza li kellha għal dawn l-aħħar snin persuna fi ħdan l-istess Ministeru wara li rriżulta, wara investigazzjoni teknika, li f’okkażjoni partikolari fil-ġimgħat li għaddew din il-persuna użat kompjuter reġistrat fuq il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol sabiex tbiddel il-profil tal-Wikipedia ta’ Pieter Omtzigt.
Pieter Omtzigt hu r-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-omiċċidju tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia.