Dragana Mijalkovic, is-Serba ta’ 42 sena li qed tkun akkużata bil-qtil ta’ żewġ anzjani Ingliżi fl-appartament tagħha fil-Qawra reġgħet talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Dan wara li l-aħħar darba li nstema’ l-każ għamlet l-istess talba u ġiet miċħuda hekk kif il-Qorti qalet li għad jonqos tliet persuni x’jixhdu.
Is-Serba qed tkun akkużata bi qtil volontarju ta’ David Grant ta’ tmienja u sittin sena, u Neville Ayers ta’ tmienja u sebgħin sena.
Bil-ġisem bla ħajja ta’ dan tal-aħħar instab fl-appartament tagħha.
Mijalkovic kemm-il darba sostniet li meta seħħ il-każ kienet marret l-għassa tal-Pulizija titlob l-assistenza medika wara li qalet li ċemplet l-ambulanza tletin minuta qabel u ma waslitx.
L-Ispettur li kien mar fuq il-post issuspetta li kien hemm flus involuti hekk kif l-akkużata kienet fil-pussess t’ €6,695.
Għalkemm fil-Qorti kienet xehdet li elf minnhom rebħithom f’lotterija.
Il-każ ikompli ġimgħatejn oħra.