Wara li saret l-investigazzjoni meħtieġa u anke ttieħdu diversi miżuri mal-entitajiet ikkonċernati dwar l-inċident ta’ tixrid ta’ żejt li seħħ l-Erbgħa li għadda, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq javża li ż-żona tal-għawm taħt Tigne Point, anke kif qed jiġi ndikat, hija mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
TM qed tinvestiga ħruġ ta’ żejt fil-baħar u min kien responsabbli
Għal aktar informazzjoni, id-Direttorat qed javża lill-pubbliku li jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt.
Barra minn hekk, il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.