Iżrael qal li se jerġa’ jiftaħ it-triq ta’ Kerem Shalom biex tkun tista’ tidħol l-għajnuna umanitarja f’Gaza, erbat ijiem wara li din it-triq ewlenija kellha tingħalaq minħabba attakki bir-rokits mill-Hamas.
Skont il-militar Iżraeljan, mal-ftuħ tat-triq waslu vannijiet mill-Eġittu mimlijin bl-ikel, ilma u mediċina.
Meta ngħalqet din it-triq, il-Ġnus Magħquda mill-ewwel urew tħassib, hekk kif qalu li Iżrael qed jagħlaq żewġ arterji prinċipali għall-għajnuna umanitarja.
Dan wara li t-truppi Iżraeljani ħadu kontroll assolut tan-naħa Palestinjani ta’ Rafah.