L-arja kkundizzjonata reġgħet bdiet tinxtegħel fuq tal-linja. Dan wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet.
Minkejja dan il-Malta Public Trasport qed tieħu diversi prekawzjonijiet fuq tal-linja, fosthom il-bdil tal-filtri tas-sistema tal-arja fuq il-vetturi kollha, billi ġew installati filtri b’aktar effiċjenza. Fi stqarrija l-Malta Public Transporrt qalet li dawn il-filtri se jiġu mnaddfa b’mod regolari.
Filwaqt li l-kanali tal-arja fuq il-karozzi tal-linja kollha qed jiġu ffumigati b’mod speċjali fi tmiem il-ġurnata.
L-arja li tkun qed tiċċirkola fuq il-vetturi qed tinbidel wkoll mill-inqas tmien darbiet kull siegħa waqt il-vjaġġi regolari. Filtri apposta qed jippurifikaw l-arja fil-karozza tal-linja waqt li sistema esterna tissupplixxi arja friska kontinwament. It-twieqi u l-bibien qed jinżammu magħluqa tul il-vjaġġi biex is-sistemi tal-arja kundizzjonata jkunu jistgħu jiffunzjonaw kif suppost.
Malta Public Transport fakkret lill-passiġġiera li għandhom jilbsu il-maskra tul il-vjaġġ kollu fuq tal-linja.