Fl-aħħar sigħat bdew xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-gallarija tar-ristorant Barracuda, f’San Ġiljan li ġġarfet nhar it-Tnejn li għadda. F’dan l-inċident indarbu tmien persuni ta’ nazzjonalità barranija.
Fuq il-post kien hemm diversi inġenji tal-baħar biex ikunu jistgħu jneħħu l-istruttura l-antika wara li ġarbet ħsarat estensivi.
Bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali. Min-naħa tagħhom is-sidien għamlu inkjesta separata biex jiġi stabbilit x’wassal biex il-gallarija ċċedi għal isfel.