Knisja storika li għandha madwar 400 sena reġgħet ħadet in-nifs hekk kif inkixfet minn taħt l-ilma wara kważi diċenju mgħerrqa kompletament.
Jidher li filwaqt li tqatta’ ħafna minn ħinha taħt l-ilma, din il-Knisja Dumnikana fil-Messiku għadha f’kundizzjoni tajba fejn skond filmati miġbudin minn drone tidher bi struttura intatta.
Il-Knisja maħsuba li nbniet fis-seklu ħmistax minn sorijiet li marru l-Messiku biex jgħallmu r-reliġjon.
Fl-1962 inbniet struttura li żżomm l-ilma dan sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb l-agrikoltura fiż-żoni li l-ilma kien aktar bżonjuż. Minħabba din id-deċiżjoni, il-Knisja spiċċat mgħerrqa taħt l-ilma u terġa’ titfaċċa biss meta jkun hemm nixfa kbira.
Filwaqt li normalment il-knisja tidher biss ftit fiż-żminijiet ta’ Marzu, il-fatt li tidher kollha kemm hu diġà fi Frar turi kemm hi serja l-problema tan-nixfa li l-pajjiż bħalissa jinsab fiha.
L-aħħar li l-Knisja dehret kollha kemm hi kienet fis-sena 2008 meta l-pajjiż kien għaddej minn nixfa kbira.