Ħames occupational therapists flimkien ma tliet fiżjoterapisti ġodda ġew impjegati mill-isptar Karin Grech. Fi stqarrija, l-Vitals Global Healthcare ħabbret li dawn it-tmien impjegati huma l-ewwel ħaddiema tal-qasam kliniku.
L-għan ta’ dan l-ingaġġ huwa li jkomplu jitjiebu s-servizzi ta’ rijabilitazzjoni li qed joffri t-tim eżistenti u li joffru assistenza lill-pazjenti biex ikunu aktar indipendenti.
Stephen Zammit li huwa l-Kap Eżekuttiv ta’ Karin Grech fisser kif permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ sptarijiet barranin, l-impjegati qed jiġu mħarrġa biex l-isptar ikun wieħed ta’ livell internazzjonali.