Ġie ffirmat ftehim bejn ir-residenza San Vinċenz de Paule u t-Teatru Manoel.
Ftehim li permezz tiegħu numru ta’ artisti se jingħaqdu mar-residenti ta’ San Vinċenz, u permezz ta’ sessjonijiet teatrali joffru terapija bżonnjuża ferm għal dawn l-anzjani.
Fil-fatt it-terapija permezz tat-teatru, bl-għajnuna ta’ persuni speċjalizzati, tgħinhom jistimulaw il-memorja tal-anzjani. Terapija li fl-aħħar mill-aħħar hi maħsuba biex tgħinhom jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.