Down Syndrome Association Malta Group huwa grupp li ġie ffurmat sentejn ilu u grazzi għall-fondi tal-premju tal-President għall-kreattività, dan il-grupp ta’ żgħażagħ setgħu jitgħallmu l-mużika f’verzjoni addattata.
Illuminati permezz ta’ proġett Erasmus+ il-grupp dalgħodu telaq fuq żjara fi skola fil-Finlandja fejn oriġinat din is-sistema.
Id-diriġenti tal-grupp iltaqgħu diversi drabi ma’ awtoritajiet ikkonċernati għaliex iħossu li dawn iż-żgħażagħ u ħafna oħrajn bħalhom għandhom id-dritt li jitgħallmu u jixtiequ li dan ma jibqax biss proġett iżda li din is-sistema tidħol fl-edukazzjoni u fil-life long learning.
Il-grupp żgħażagħ tela’ esperjenza ta’ ġimgħa ta’ tagħlim fl-iskola tal-mużika speċjalizzata għal tagħlim alternattiv għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Huma akkumpanjati minn familjari u mill-għalliema tagħhom li jaħdmu magħhom kuljum.