Dawk kollha li jbatu minn problemi tas-smiegħ, partikolarment bil-kundizzjoni tat-Tinnitus, issa se jkunu jistgħu jgawdu minn terapija li ttaffi din il-kundizzjoni.
Dan se jsir grazzi għall-Professur Andrew Sciberras hekk kif ħa inizjattiva sabiex il-klinika tiegħu “Loud and Clear” issa se tingħaqad ma’ “The Tinnitus Clinic” fl-Ingilterra, il-fornitur ewlieni għat-terapija ta’ din il-kundizzjoni.
F’intervista ma One News huwa spjega l-kundizzjoni tat-Tinnitus.
Tinnitus huwa ħoss li bniedem jisma’ ġo fih. Issa jista’ jkun hemm żewġ tipi ta’ ħsejjes, għandek objective u subjective. X’jiġifieri ? Objective huwa xi ħaġa bħall-qalb li tħabbat. Ħsejjes interni ta proċeudir li jsiru u li probabbli tabib juża l-istetoscope u jismahom. Subjective huwa xi ħaġa li qed jisma’ fil-moħħ perp huwa kkawżat ħabba problemi fil-widna.
Sciberras tkellem ukoll dwar kif seħħ dan il-ftehim, li permezz tiegħu il-klinika “Loud and Clear” ser ikollha aċċess għall-liċenzja medika ta’ din it-terapija.
Kont diġa naf bil-kumpanija barra minn Malta “The Tinnitus Clinic” għax meta studjajt l-Ingilterra kont ikollok diġa idea ta dawn il-kumpanija huma kumpaniji kbar fejn jagħmlu r-riċerka tagħhom u jkollhom suċċess. U avviċinajthom u interessaw ruħhom li jagħmlu partnership u jkunu jistgħu ituni l-liċenzja biex nuża t-terapija tagħhom.
B’ ‘il fuq minn għoxrin sena esperjenza, Sciberras iddeskriva ukoll din il-kundizzjoni bħala waħda komuni b’ħafna mill-każijiet.
Bażikament hawn 22% tal-popolazzjoni tad-dinja għandu xi forma ta’ tinniturs. Issa l-iktar problema tat-tinnitus huwa l-istorbju. Jiġifieri l-istorbju jikkawża t-tinnitus. Long exposure min kien jaħdem fl-istorbju f’postijiet tad-divertiment jkolli ħafna zgħazagħ li jkunu jaħdmu anke bħala dj’s li għandhom problema ta’ tinnitus u mhuwiex faċli għax jaffetwalhom l-kwalita’ tal-ħajja u tonqos ħafna ħafna.
Huwa temm jiddeskrivi t-terapija, li issa se tkun aċċessibli għal dawk kollha b’din il-kundizzjoni. Madankollu Sciberras inkluda wkoll appell siewi.
It-terapija jisimha “The Sensitisation therapy”. Bażikament inti qed iddarri l-moħħ li ma jkunx daqsekk sensittiv għal dan il-ħoss u jitbaxxa.
Tista’ tipreveni t-Tinnitus billi tibża għal widnejk. Jiġifieri dik hija l-iktar ħaġa importanti qabel tagħmel rehabilitation.