Ir-Russja u l-Iran wissew lill-President Amerikan Donald Trump li se jirritaljaw b’azzjoni militari jekk inieidi aktar attakki fuq is-Sirja. It-theddeida saret hekk kif qalu li Trump qasam il-linji ħomor metaforiċi, meta bbombardja l-forzi ta’ Bashar al-Assad bil-missili. L-ambaxxata Russa f’Londra wissiet nhar il-Ħadd filgħaxija li jista’ jkun hemm gwerra ta’ vera jekk Moska tintalab ultimatum fuq is-Sirja. Dan fl-istess waqt li s-Segretarju Ingliż għall-Affarijiet Barranin, Boris Johnson, se jaħdem biex ikunu imposti sanzjonijiet ġodda fuq ir-Russja jekk ma tirtirax l-appoġġ lejn Assad.
F’laqgħa tal-pajjiżi parti mill-G7 fl-Italja, Johnson misteni jkompli jitfa pressjoni fuq Moska u jipprova jiżola lir-Russja mill-komunità internazzjonali. Is-Segretarju Ingliż responsabbli mid-difiża Michael Fallon qal li r-Russja hija responsabbli minn kull mewt ċivili li Assad qed ikkaġuna fuq il-poplu tiegħu stess.