Min tal-inqas tmien persuni nqatlu u kważi 3,000 oħra, inkluż ġellieda tal-Hezbollah u tobba, indarbu meta apparat elettroniku li jintuża biex jikkomunikaw flimkien – magħrufa bħala pagers, splodew fuq għadd ta’ nies madwar il-Libanu.
Fost l-oħrajn, dawn l-isplużjonijiet, li kienu mifruxa fuq temp ta’ siegħa, ħasdu l-ħajja ta’ żewġ ġellieda tal-Hezbollah u tfalja.
🚨 Breaking: Tens of Hezbollah communication devices are exploding during the past hour. Initial reports state that over one hundred Hezbollah terrorists already injured.
— Dr. Eli David (@DrEliDavid) September 17, 2024
Here's footage from two such explosion 👇 pic.twitter.com/rMwdRWsTGB
Il-Ministru tal-Informazzjoni tal-Libanu, Ziad Makary qal li l-Gvern ikkundanna d-detonazazzjoni ta’ dawn il-pagers u akkuża lill-Iżrael bħala l-moħħ warajhom.
Anke l-Hezbollah akkuża lill-Iżrael għall-isplużjonijiet ta’ dawn il-pagers, fejn qalu li Iżrael se tpatti ta’ dan.
Il-militar Iżraeljan irrifjuta li jikkummenta dwar dan l-inċident.
Uffiċjal tal-Hezbollah, li tkellem mas-sit Reuters bil-kundizzjoni tal-anonimità, qal li d-detonazzjoni tal-pagers kienet “l-akbar ksur tas-sigurtà”.