Eluf ta’ Lhud Iżraeljani mistennija jattendu marċ fl-inħawi Musulmani tal-belt antika ta’ Ġerusalemm, minkejja twissijiet mill-Palestinjani li dan l-istess marċ jista’ jinstiga l-vjolenza.
Din l-attività annwali qed issir fi żmien partikolari ta’ tensjonijiet kbar wara xhur ta’ numru ta’ inċidenti mdemmija.
Il-Flag March isir f’Jum Ġerusalemm bħala ċelebrazzjoni tal-kisba tal-Lvant ta’ Ġerusalemm fil-gwerra tal-1967.
L-Iżrael tqis lill-Ġerusalemm kollha bħala l-kapitali tagħha. Xi ħaġa li hija miċħuda mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi u l-Palestinjani.
Infatti, l-istatus tal-belt huwa fil-qalba tal-kunflitti bejn l-Iżrael u l-Palestina.