Suċċess għat-tennista maltija Francesca Curmi hekk kif fit-turnament ta’ Montasir it-Tuneżija hija rebħet lit-tennista ċiniża X.X. Yao bi skor ta’ 6-2 6-4. B’hekk Curmi rebħet l-ITF 23A.
Dan is-suċċess, Francesca Curmi saret l-ewwel tennista maltija li rebħet avveniment ta’ livell professjonali hekk għoli.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’din ir-rebħa hi telgħet fit-801 post fir-rankings tal-WTA.
Curmi kelli rebħiet fuq tennisti mill-Ġermanja, l-Brażil, iċ-Ċile u Franza wara li kellha xhur impenjattivi ferm fi Spanja u t-Tuneżija.