L-ispanjol Rafael Nadal safa’ eliminat mill-Open tal-Awstralja hekk kif, aktar kmieni dalgħodu f’Melbourne, tilef kontra l-amerikan Mackenzie McDonald fi straight sets bi skor ta’ 6-4, 6-4, 7-5.
Nadal, li għandu 36 sena, huwa l-holder tal-Open tal-Awstralja u kien qed jittama li jiddefendi t-titlu mirbuħ is-sena l-oħra. Matul il-logħba deher ibati minn problemi fil-ġenbejn tant li għal xi ħin talab għal time out mediku.
B’hekk dan l-ewwel Grand Slam tas-sena tilef protagonist ieħor ewlieni tat-tennis internazzjonali wara li l-bieraħ kien safa’ elimnat ukoll it-taljan Matteo Berrettini.
Ritratt: Getty Images