It-team malti tat-tennis tal-irġiel rebaħ id-Davis Cup Europe Group IV 2024. Grazzi għal din ir-rebħa, Malta kisbet ukoll il-promozzjoni għal Grupp III.
It-team malti iffurmat mill-captain Mark Gatt u l-plejers Liam Delicata u Alex de Gabriele kiseb l-ewwel post fil-grupp meta għeleb lil Liechtenstein fil-playoff finali.
Fil-finali Malta għelbet lil Liechtenstein 2-0. Hawnhekk Liam Delicata rebaħ lil Mauritz Glauser bi skor ta’ 6-3, 6-2 filwaqt li Aex De Gabriele għeleb lil Serafin Zund bi skor ta’ 6-3, 5-7, 7-5.
Intant fil-logħob l-ieħor mill-grupp Malta għelbet lill-Armenja u lill-Albanija.
Kontra l-Armenja, Liam Delicata rebaħ kontra Avaneksyan bl-iskor ta’ 6-1, 6-3. Min-naħa tiegħu Alex De Gabriele rebaħ lil Khachatrayan 6-4, 6-1. It-team malti għamilhom 3-0 meta fid-doubles, il-koppja Delicata u DeGabriele rebħu 6-1, 6-2.
Fl-ewwel logħba kontra l-Albanija, Delicata rebaħ bi skor konvinċenti ta’ 6-0,6-2. Min-naħa tiegħu DeGabriele rebaħ 6-0, 6-1. Fid-doubles Delicata u De Gabriele rebħu 6-0, 6-1.