L-Italja reġgħet rebħet it-Tazza Davis hekk kif, il-Ħadd filgħaxija, t-team taljan għeleb lill-Olanda 2-0 fil-finali fi Spanja.
Matteo Berrettini poġġa li-taljani fil-vantaġġ b’rebħa ta’ 6-4, 6-2 kontra Botic Van de Zandschulp.
Kien imbgħad imiss lil Jannik Sinner li bir-rebħa kontra Tallon Griekspoor 7-6(2), 6-2, ta s-suċċess lit-team taljan.
It-tennis taljan bħalissa jinsab għaddej minn mument tad-deheb, bit-tieni suċċess fi spazju ta’ sena fit-Tazza Davis, il-Billie Jean King Cup tan-Nisa u bil-plejer tagħhom Jannik Sinner attwalment in-numru 1 tad-dinja tat-tennis internazzjonali.
