It-tennista taljan Jannik Sinner rebaħ l-Open tal-Awstralja meta fil-finali l-Ħadd filgħodu, għeleb lill-ġermaniż Alexander Zverev fi straight sets.
Sinner ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 6-3, 7-6, 6-3.
Għat-taljan, numru 1 tad-dinja, din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva fl-Awstralja filwaqt li sar l-ewwel taljan li qatt rebaħ tliet Grand Slams.
F’Settembru li għadda kien rebaħ l-Open tal-Istati Uniti.
Intant fl-Individwali tan-Nisa, l-amerikana Madison Keys rebħet dan l-Open wara li s-sibt għelbet lin-numru 1 tad-dinja Aryna Sabalenka bl-iskor ta’ 6-3, 2-6, 7-5. Għal Keys dan kien l-ewwel Grand Slam tal-karriera.