It-taljan seed numru 4 Jannik Sinner rebaħ l-Open tal-Awstralja hekk kif fil-finali li saret f’Melbourne l-Ħadd filgħodu (ħin ta’ Malta) huwa għeleb lis-seed numru 3 Daniil Medvedev bi skor ta’ 3-6 3-6 6-4 6-4 6-3.
Għal Sinner dan kien l-ewwel titlu Grand Slam fil-karriera u b’hekk sar ukoll il-ħames tennista taljan li qatt rebaħ finali tal-Grand Slam. L-aħħar darba kienet Flavia Pennetta fil-US Open tal-2015. Il-Grand Slams l-oħra għall-Italja kienu waslu min Nicola Pietrangeli (French Open 1959 u 1960) u Adriano Panatta (French Open 1976).
Il-finali rat bidu tajjeb għal Medvedev hekk kif rebaħ l-ewwel żewġ sets bi skor identiku ta’ 6-3. Reazzjoni b’saħħitha minn Sinner hekk rebaħ it-tielet set 6-4. It-taljan kompla żied il-pressjoni fuq Medvedev fir-raba’ set tant li rnexxielu jirbħu wkoll bi skor ta’ 6-4 biex ħa l-finali għall-ħames set. Medvedev deher għajjien fl-aħħar set filwaqt Sinner kien f’kontroll, bit-taljan jirbaħ is-set deċiżiv 6-3.
Intant it-tennista mill-Belarus Aryna Sabalenka rebħet il-Kategorija tan-Nisa fl-Open tal-Awstralja meta fil-finali hija għelbet lil Zhen Qinwen bi skor ta’ 6-3 6-2.
(Photo Credit: Getty Images)