It-tennista taljan Jannik Sinner huwa l-ewwel finalista tal-Individwali tal-Irġiel fl-Open tal-Awstralja hekk kif fis-semifinali li ntlagħbet kmieni dalgħodu għeleb lin-numru 1 Novak Djokovic bi skor ta’ 6-1 6-2 6-7 6-3.
Għal Sinner, li huwa n-numru 4 tad-dinja, dik tal-Ħadd li ġej se tkun l-ewwel finali Grand Slam fil-karriera. Se jkun ukoll l-ewwel tennista taljan li qatt lagħab fil-finali tal-Open tal-Awstralja. Għal Djokovic din kienet l-ewwel telfa f’Melbourne wara 33 logħba.
Sinner issa jilgħab kontra r-rebbieħ tas-semifinali l-oħra bejn Daniil Medvedev li fis-semifinali l-oħra għeleb lil Alexander Zverev bi skor ta’ 5-7 3-6 7-6 7-6 6-3.
(Photo Credit: Eloisa Lopez/Reuters)