It-tennista maltija Francesca Curmi rebħet il-finali individwali tan-Nisa waqt it-Turnament ITF Tossa de Mar fi Spanja. Curmi għelbet lill-ispanjola Georgina Garcia Perez bl-iskor ta’ 6-2 u 7-6. Logħba li damet siegħa u 35 minuta.
F’dan it-turnament, Curmi rebħet il-logħbiet kollha tagħha mingħajr ma tilfet set wieħed.
Hija kellha rebħa kontra Wozuko Mdlulwa tal-Afrika t’Isfel 6-1 6-0 fl-ewwel round.
Curmi mbgħad rebħet lill-ispanjola Yvonne Cavalle-Reimers 6-1 6-2 biex għaddiet għall-kwartifinali.
Fil-kwartifinali rebħet lis-seed numru 8 Lucie Nguyen Tan 6-3 6-2.
Fis-semifinali kellha walk over fuq it-taljana Federica Di Sarra.
Dan is-suċċess ta’ Spanja jiżdied ma’ oħrajn li din it-tennista żagħżugħa kisbet dan l-aħħar fix-xena internazzjonali u jaraha ippreparata sew għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta’ ftit tal-ġimgħat oħra.