Ikomplu r-riżultati pożittivi għat-tennista Francesca Curmi li fi spazju ta’ ġimgħa rebħet it-tieni titlu tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Tennis. Dan hekk kif illum rebħet it-turnament ta’ Monastir it-Tuneżija.
Sabiex waslet għall-finali, Curmi saħansitira għelbet l-isfida tat-tennista numru 354 tad-dinja, l-ispanjola Eva Guerrero Alvarez. Curmi għelbet lil Alvarez bl-iskor ta’ 6-2, 6-1.
Hija b’hekk għaddiet għall-finali tal-Ħadd kontra l-ġappuniża Sayaka Ishii.
Kienet finali mill-isbaħ. It-tennista żagħżugħa maltija bdiet tajjeb u rebħet l-ewwel set 6-2. Sayaka Ishii rebħet it-tieni set 6-4. It-tielet set kien wieħed kumbattut li ra lil Curmi toħroġ rebbieħa 7-5.