Emma Montebello u Matthew Asciak rebħu il-Marsa Open tat-Tennis, l-ewwel turnament tas-sena tat-tennis loklai. Turnament li sar fil-Marsa Sport Club.
L-aqwa seed Emma Montebello rebħet il-kategorija individwali tan-nisa meta fil-finali għelbet bla tant tbatija lil Emma-Lynn Mifsud bl-iskor ta’ 6-1, 6-0.
Min-naħa tiegħu Matthew Asciak kompla jispikka meta fil-finali tal-individwali irġiel rebaħ lil Liam Delicata 6-1, 6-1. Grazzi għal dan is-suċċess, Asciak baqa’ fil-pożizzjoni numru wieħed tar-rankings nazzjonali.
Asciak kellu suċċess ukoll fil-kompetizzjoni tad-doppji hekk kif flimkien ma’ Dwayne Pullicino rebaħ il-finali kontra l-koppja Marcus u Liam Delicata bi skor ta’ 6-1, 6-4.