Il-weightlifter maltija Tenishia Thornton kompliet turi l-potenzjal tagħha meta s-sibt ġiet inkurunata champion tal-Kampjonat tal-Unjoni Ewropeja Under 20.
Thornton kellha wirja mill-aqwa. Bdiet tajjeb ir-refgħat tal-Snatch bl-aħjar waħda tkun ta’ 87kg.
Id-dominanza tagħha kompliet fil-Clean and Jerk meta għamlet it-tliet lifts bl-aħjar refa’ tkun ta’ 110kg.
B’hekk Thornton tellgħet total ta’ 257 punti li fisser l-ewwel post u champion tal-kampjonat.
Intant it-tim Malti tal-weightlifting kiseb suċċessi notevoli fit-Tazza tal-Unjoni Ewropea, fejn b’kollox kiseb total ta’ seba’ midalji. Apparti Tenishia Thornton kien hemm ukoll suċessi mill-weightlifters lokali l-oħra.
Tenishia flimkien ma’ Rylee Borg, rebħu wkoll fid-doubles. Borg, li kkompeta fil-kategorija ta’ U-20 Irġiel, wera prestazzjoni qawwija, fejn stabbilixxa rekords nazzjonali ġodda fl-Isnatch (117kg u 120kg) u Total ta’ 266kg, u kiseb ir-4 post ġenerali.
Kim Camilleri Lagana kisbet il-fidda fis-singles, filwaqt li Nathan Mifsud rebaħ il-bronż. Fid-doubles, Camilleri Lagana u Mifsud kisbu l-fidda.
Din il-prestazzjoni eċċezzjonali rriżultat f’Malta tirbaħ 3 midalja tad-deheb, 3 tal-fidda, u 1 tal-bronż—kisba kbira għat-tim. Din il-kompetizzjoni ma kinitx possibbli mingħajr l-appoġġ kontinwu tal-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta.