F’partijiet tal-Istati Uniti qed jiddominaw temperaturi kesħin li kissru kull rekord.
Din il-mewġa ta’ kesħa li bdiet fis-Siberja, ġabet magħha silġ kbir f’numru ta’ stati Amerikani bħal Kansas u Illinois, u qed ikun imbassar li mijiet ta’ rekords oħra se jinqabżu fi stati oħra din il-ġimgħa.
Erba’ mwiet li seħħew f’inċidenti tat-traffiku ġew ikkawżati minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.
Tħassru wkoll aktar minn elf titjira, u għalqu numru ta’ skejjel.
Ritratt: Reuters