Fl-ewwel ġimagħtejn mill-bidu tas-sena l-ġdida l-kontinent Ewropew se jkun qed jesperjenza kesħa qawwija tant li mistennija tagħmel borra li tlaħħaq il-metru għoli.
Iżda, il-kesħa diġà bdiet tinħass fl-Italja u pajjiżi fil-Lvant tal-Ewropa. Tant li l-Italja ħarġet twissijiet ta’ valanga matul il-perjodu tal-Milied, u minkejja li għaddew ħamest ijiem minn mindu ħarġu t-twissijiet, il-periklu għadu fis-seħħ.
Qed jiġi rrapurtat li matul il-jum tal-Ħadd, erba’ persuni tilfu ħajjithom fl-Alpi fl-Italja meta ntlaqtu minn valanga. Dan l-inċident traġiku seħħ jum wara li ammont ta’ borra laqtet grupp ta’ skiers Ġermaniżi fejn b’xorti ħażina qatlet żewġt ibniet ta’ seba’ snin u omm waħda mit-tfal.