Il-mewġa ta’ sħana li qed tolqot lil gżejjer Maltin wasslet għall-aktar temperaturi tal-baħar għoljin li qatt ġew irrekordjati f’Malta.
Il-Professur Aldo Drago li huwa l-ko-ordinatur tal-Grupp tar-Riċerka Oċeanografika Fiżika fid-Dipartiment tal-Ġeografija fi ħdan l-Università ta’ Malta fisser kif issa anke l-baħar qabeż it-tletin grad celcius.