Il-gżejjer Maltin qed jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija b’temp xemx u sħun.
Fi stqarrija mill-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, f’dan il-jum qed ibassar temperatura li tlaħħaq il-35 grad Celsius, waqt li l-inqas temperatura tinżel għal 25 grad Celsius.
Bit-temp xemxi se jkun perfett biex is-seba’ lokalitajiet madwar pajjiżna li jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija.
Dan filwaqt li għada, 16 ta’ Awwissu, it-temp mistenni jkun simili, b’temperaturi grad ogħla minn jum Santa Marija.
Intqal li minkejja li se jkun hemm xi ftit sħab għoli matul fil-ġranet tas-Sibt u l-Ħadd, it-temp se jibqa’ sħun u l-ebda għarixa ta’ Santa Marija m’hi mistennija li tagħtina xi xita.