It-temp fil-jiem li ġejjin fl-aħħar ta’ din is-sena u l-bidu tas-sena l-ġdida mistenni jkun ideali għal dawk li biħsiebhom jiċċelebraw, hekk kif l-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar temp stabbli u temperaturi ogħla mill-medja.
Għal-Lejlet l-Ewwel tas-Sena, it-temp mistenni jkun ftit jew wisq imsaħħab, b’riħ ħafif mix-Xlokk. L-ogħla temperatura mistennija tilħaq is-17°C u tinżel għal 10°C matul il-lejl.
L-Uffiċċju Meteoroloġiku nnota li l-aktar Lejlet l-Ewwel tas-Sena kiesaħ jibqa’ dak ta’ għaxar snin ilu meta t-temperatura kienet ħarira iżjed minn żewġ gradi Celsius u kienet ukoll niżlet borra ħafifa fuq pajjiżna.
Temp ftit jew wisq imsaħħab mistenni jilqa’ l-2025, bir-riħ li jibqa’ ħafif mix-Xlokk il-Lvant u temperaturi simili għal lejliet.