Huma bosta li llum jieħdu ġurnata leave mix-xogħol u oħrajn jaraw kif se jagħmlu biex jitilqu kmieni mill-iskola sabiex jerħulha għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Patrizju, jew aħjar kif inhi magħrufa bħala festa ta’ birra. Jidher li anke t-temp huwa favur ġurnata rilassanti u ta’ divertiment hekk kif it-temp għall-ġurnata tal-Ġimgħa mistenni jkun wieħed xemxi u Sajfi.
Filfatt, dalgħodu qomna b’temp xemxi u bit-temperatura ta’ 15-il grad celcius. Liema temperatura mistennija titla għal 18-il grad celcius matul il-ġurnata, b’Indiċi UV sitta. Minkejja li r-riħ huwa ftit qawwi xorta waħda t-tbassir tal-Uffiċju Meterjoloġiku jgħid li t-temp għal lum se jkun xemxi. Għalhekk, minn naħa tagħna qed inbassru li dan it-temp Sajfi huwa aħbar tajba għal maġġoranza li llum għandhom iċ-ċans jiċċelebraw din il-festa ta’ kulur aħdar u ġurnata ta’ divertiment. Iżda dawk li llum m’għandhomx iċ-ċans li jiċċelebraw, dan it-temp ma tantx qed jagħmlilhom burdata tajba.