Mistenni temp mill-isbaħ fi tmiem din il-ġimgħa fil-jum tal-Milied, dan skont il-bassara tat-temp indipendenti First Malta.
Illum mistenni jibqa’ bnazzi bi ftit sħab minn ħin għal ieħor, bl-ogħla temperatura tkun ta’ 17-il Grad Celsius, riħ mill-Majjistral b’forza 2/3. Filgħaxija mistenni jkun bnazzi, bl-inqas temperatura tkun dik ta’ 12-il Grad Celsius, bir-riħ idur Punent Majjistru b’forza 2/3
Filwaqt li fil-jum tal-Milied se jkun xemxi u bi ftit sħab, bl-ogħla temperatura tkun dik ta’ 17-il Grad Celsius, riħ Majjistral b’forza 3/4. Mal-lejl se jsir ftit imsaħħab bl-inqas temperatura tkun dik ta’ 13-il Grad Celsius u riħ Majjistral b’forza 2/3
Dan huwa riżultat ta’ sistema ta’ pressjoni għolja li bħalissa hawn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran, bil-pressjoni tal-arja timmarka madwar 1028hPa.