Birzebbuga Sailing Club illum ospita l-ewwel jum tal-Yachting Malta BSC International Regatta f’kundizzjonijiet ta’ temp kważi perfetti. Din kienet bidla tajba mis-snin ta’ qabel meta t-temp ħażin xekkel il-pjanijiet
Il-flotot ILCA, flimkien ma dawk tal-Optimist Senior u Cadet, ipparteċipaw fi tliet tiġrijiet kull wieħed, filwaqt li l-flotta Optimist Beginner ikkompetiet f’żewġ tiġrijiet. Ir-riżultati proviżorji wara l-ewwel jum tat-tiġrijiet huma kif ġej:-
ILCA 4:
– Timmy Vassallo (MYSC) iddomina l-Klassi bi tliet rebħiet fi tliet tiġrijiet.
– Harry Fairbairn (MYSC) kiseb it-tieni post b’distakk ta’ 5 punti, segwit minn Thomas Zahra (BSC) fit-tielet post.
ILCA 6:
– Benjamin Vassallo (MYSC) qed imexxi l-flotta ILCA 6 b’żewġ rebħiet u tieni post.
– Lacey Aquilina (BSC) u Matthew Debono (MYSC) isegwu mill-qrib warajh.
ILCA 7:
– Shaun Aquilina (BSC) qiegħed fuq quddiem, b’ Crispin Peresso (BSC) u Julian Elwood (RMYC) warajh. Żewġ punti biss jifirdu l-ewwel tlett baħrin.
Optimist Beginner:
– Jeremy Decelis (BSC) imexxi l-flotta, segwit minn Ella Grech (BSC) u Jamie Azzopardi mill-MYSC. Żewġ tiġrijiet seħħu f’din il-flotta.
Optimist Cadet:
– Villams Osipovs (TJK-FVR) kien bla telfa fit-tliet tiġrijiet u bħalissa jinsab fuq quddiem. Isegwi Ethan Kodjaazliev (RMYC), b’Emir Tombuloglu (Galatassaray) punt biss wara fit-tielet post.
Optimist Senior:
Din hija l-akbar flotta tar-regatta, u bħalissa Andrei Zhakov (BSC) qiegħed fuq quddiem. Hu segwit minn Matthias Spiteri (MYSC) li rreġistra żewġ rebħiet minn tliet tiġrijiet, filwaqt li Jonas Micallef (RMYC) bħalissa jinsab fit-tielet post.
It-tiġrijiet jerġgħu jibdew għada l-Ġimgħa fil-1100hrs.
L-avveniment huwa appoġġjat minn Yachting Malta, Visit Malta, Kunsill Lokali Birzebbugia, Veleria 3 Fl, Malta Optimist Academy, RLR Yachting, u SportMalta, il-Yachting Malta BSC Regatta ssir taħt l-awspiċi tal-Malta Sailing Federation.