Persuni li jgħixu fi klimi b’temperaturi baxxi b’nuqqas ta’ xemx għandhom ċans akbar li jixorbu aktar. Dan skont studju ġdid. Riċerkaturi mill-Istati Uniti stabilixxaw rabta bejn it-temperatura medja, is-sigħat ta’ xemx u l-konsum tal-alkoħol.
Data miġbura minn 193 pajjiż turi kif l-klima serviet ta’ kontribut akbar għal konsum akbar tal-alkoħol u mard fil-fwied.
Tabib Skoċċiż issa qed jitlob għal tnaqqis fir-reklamar tal-alkoħol matul ix-xhur xitwin.