Il-jum tal-Ħadd mistenni jkun wieħed bnazzi u sħun b’temperatura li tinħass viċin l-40°C.
Dan hekk kif massa ta’ arja sħuna qed tolqot t-Tramuntana tal-Afrika se tkun qed taffettwa ċ-ċentru tal-Mediterran iżda b’inqas intensità.
FirstMalta rrapporta kif dan se jwassal sabiex it-temp fuq il-gżejjer Maltin matul tmien il-ġimgħa jkun wieħed bnazzi u sħun bit-temperaturi jilħqu 34°C / 35°C matul il-ġurnata u jinħassu ferm viċin l-40°C.