Wara jiem ta’ xemx, tant li bosta ħasbu li s-sajf se jkun qed jibda minn issa, it-tieni parti ta’ Marzu se jġib miegħu temperaturi aktar friski u kif ukoll ftit xita. Jidher li bejn il-Ħadd u t-Tnejn il-gżejjer Maltin għandhom jesperjenzaw xi ħalbiet tax-xita. Is-sit li jbassar it-temp, FirstMalta, irrapporta kif illum se jkun jum ikkaratterizzat minn riħ hekk kif l-Lbiċ Forza 4 għal 5 filgħodu jsir Majjistral Forza 6 aktar tard. It-temperatura mistennija tilħaq 18C u l-inqas 13C. It-temp mistenni jkun ġeneralment bnazzi.
Il-Ħadd 18 ta’ Marzu, ir-riħ jerġa’ jdur Lbiċ Forza 5 għal 6, temp jissaħħab iktar tard bil-possibbilta’ ta’ ftit xita ħafifa mal-lejl.
It-Tnejn 19 ta’ Marzu, ir-riħ Majjistral Forza 6, temp xi ftit imsaħħab b’possibbilta’ ta’ ftit xita ħafifa u rxiex u iżolata.